Gwida għal min Juża l-Adapter
MALTESE
Kif tuża: Daħħal il-biljett (card) tiegħek tal-memorja ġewwa s-SanDisk PC Card Adapter
u daħħal il-PC Card Adapter fl-islott tal-PC Card fil-kompjuter tiegħek. Imbagħad int
tista’ tuża l-apparat kif soltu tużah, tikkreja, tikkopja, teditja, tpoġġi fejn trid jew tħassar
files. Prekawzjonijiet: Evita l-użu tal-PC Card Adapter meta l-batterija tal-kompjuter
tiegħek tkun baxxa. Meta tkun qed tikteb lill-biljett, stenna sakemm l-operazzjoni tispiċċa
qabel ma tneħħi l-biljett. Il-biljett hu mfassal biex jiffitja faċilment fil-PC Card Adapter
f’direzzjoni waħda biss. Tgħawwiġx il-biljett jew tisforzahx fil-PC Card Adapter.
Reġistrazzjoni tal-Prodott: Int tista’ tirreġista s-SanDisk PC Card Adapter tiegħek
online fis-sit tal-web ta’ SanDisk f’http://www.sandisk.com/registration.
Sapport Tekniku: Żur is-sit tal-web ta’ SanDisk, www.sandisk.com, jew ċempel 1-866-
SANDISK (1-866-726-3475) bejn 8AM u 5PM PST, 7 ġranet kull ġimgħa.
Garanzija ta’ Sentejn ta’ SanDisk: SanDisk tiggarantixxi li dan il-prodott hu konformi
ma’ l-ispeċifiċi kollha pubblikati tal-prodott u ma fihx l-ebda difetti fil-materjali jew fixxogħol li jistgħu ifixxkluhom milli jaħdmu skond l-ispeċifiċi pubblikati tal-prodott għal
sentejn mid-data tax-xiri. Din il-garanzija espressa hija estiża minn SanDisk Corporation,
140 Caspian Court, Sunnyvale, CA 94089. Il-prodotti ta’ SanDisk mhumiex garantiti li
huma kapaċi jaħdmu mingħajr problemi. Għalhekk, f’kwalunkwe użu tal-prodotti fissistemi jew applikazzjonijiet oħra li jgħinu persuna tibqa’ tgħix meta jekk il-prodott ma
jibqax jaħdem tajjeb dan għandu mnejn jikkawża korriment jew telf ta’ ħajja, il-prodotti
għandhom ikunu inkorporati biss f’sistemi li ġew imfassla b’mod li għandhom partijiet
addattati li huma żejda imma qed jinżammu f’każ ta’ ħsara f’parti oħra, joffru tolleranza
għad-difetti u ta’ riżerva IL-GARANZIJI KOLLHA STATWARJI JEW IMPLIKATI LI
JISTA’ JKUN HEMM HUMA SUSSEGWENTEMENT MIĊĦUDA. SANDISK MHUX
SER IKUN OBBLIGAT TAĦT L-EBDA ĊIRKUSTANZA GĦAL KWALUNKWE
ĦSARAT INDIRETTI, INĊIDENTALI JEW KONSEGWENTI JEW TELF TA’ DATA.
H4188-into-10-languages