Kif tuża: Daħħal il-Biljett tiegħek tal-Memorja Flaxx (Flash Memory Card) fl-islott tal-
biljett tal-memorja fil-kompjuter tiegħek, telefon tal-but, kamera diġitali jew PDA.
Imbagħad int tista’ tuża l-apparat kif normalment tużah, tikkreja, tikkopja, tagħmel
edizzjonijiet u tpoġġi l-fajls fejn trid. Il-Biljett tal-Memorja tiegħek jista’ wkoll ikun
ikkanċellat jew tista’ terġa’ tużah. Prekawzjonijiet: Evita l-użu tal-Biljett tal-Memorja
Flaxx meta l-batterija tkun baxxa. Meta tikteb lill-biljett, stenna sakemm l-operazzjoni
tintemm qabel ma tneħħi l-biljett. Il-biljett ġie imfassal biex jiffitja faċilment fis-sistema
f’direzzjoni waħda biss. Tgħawwiġx il-biljett l-anqas għandek tisforżah fl-islott.
Reġistrazzjoni tal-Prodott: Int tista’ tirreġistra il-biljett tal-memorja tiegħek permezz
tal-kompjuter fis-sit tal-web ta’ SanDisk f’http://www.sandisk.com/registration. Sapport
Tekniku: Żur is-sit tal-web ta’ SanDisk,
SANDISK (1-866-726-3475) bejn 8AM u 5PM PST, 7 ġranet kull ġimgħa. Il-Garanzija
ta’ 5 Snin ta’ SanDisk: Il-Korporazzjoni SanDisk (“SanDisk”) ser issewwi jew tibdel
dan il-Biljett tal-Memorja Flaxx bla ħlas jekk xi darba ma jaħdimx sewwa fi żmien 5 snin
mid-data ta’ meta xtrajtu, basta jkunu osservati l-kondizzjonijiet li jidhru hawn taħt. Dan
il-Biljett tal-Memorja Flaxx mhux ser ikollu difetti materjali fid-disinn u l-manifattura u
ser tkun essenzjalment konformi ma’ l-ispeċifiki ppubblikat. Il-garanzija tapplika biss
jekk dan il-Biljett tal-Memorja Flaxx jintuża f’apparat li huma konformi ma’ l-ispeċifiki
ta’ l-organizzazzjoni ta’ l-istandardi adekwati. Din il-garanzija tapplika biss għal persuna
li oriġinalment xtrat il-Biljett tal-Memorja Flaxx SanDisk li għandu prova ta’ xiri, jekk
jiġi mitlub jagħmel dan. Din il-garanzija hi invalida jekk il-Biljett tal-Memorja Flaxx ma
jintużax skond l-istruzzjonijiet tal-prodott jew jekk SanDisk jiddetermina li jekk ilprodott ma ħadimx tajjeb dan kien kaġun ta’ użu ħażin, traskuraġni, stallazzjoni ħażina,
tiswija, tibdil jew aċċident. SanDisk ma jerfa’ l-ebda responsabbiltà meta l-prodott ma
jaħdimx tajjeb jew ikun hemm difett kaġun ta’ prodott jew partijiet ta’ terza persuna
kemm jekk ikunu awtorizzati jew le. Il-prodotti ta’ SanDisk m’għandhomx garanzija li
huma kapaċi jaħdmu mingħajr problemi. SanDisk ma tirrakkomandax l-u
tagħha f’applikazzjonijiet li jgħin persuna tibqa’ tgħix meta f’każ li l-applikazzjoni ma
taħdimx tajjeb direttament dan għandu mnejn jirriskja l-ħajja jew jikkawża xi korriment.
Mela, f’kwalunkwe użu ta’ prodotti ta’ SanDisk f’sistemi jew applikazzjonijiet oħra li
jgħinu persuna tibqa’ tgħix meta jekk il-prodott ma jibqax jaħdem tajjeb dan għandu
mnejn jirriskja l-ħajja jew jikkawża xi korriment, il-prodotti għandhom ikunu nkorporati
biss f’sistemi li ġew imfassla b’mod li għandhom partijiet addattati li huma żejda imma
qed jinżammu f’każ ta’ ħsara f’parti oħra, joffru tolleranza għad-difetti u ta’ riżerva. Dan
il-prodott hu intiż biss għall-konsumatur finali; mhux intiż għal jew joffri garanzija għall-
applikazzjonijiet kummerċjali. Jekk il-prodott ma jaħdimx tajjeb skond il-klawsoli ta’ din
il-garanzija, SanDisk ser jispezzjona l-prodott u għandu mnejn jagħżel li, issewwih, jew
jibdel il-prodott. SanDisk ser jibgħat prodott li għandu l-istess kapaċità jew akbar. Luniku obbligu ta’ SanDisk, u r-rimedju esklussiv, għ
ser ikun it-tiswija jew il-bidla tal-prodott li hemm kwistjoni dwaru. SanDisk, għandu
mnejn, dejjem jekk jagħżel dan, li jibdel il-prodott b’wieħed irranġat. IL-GARANZIJI
KOLLHA STATWARJI JEW IMPLIKATI LI JISTA’ JKUN HEMM HUMA
SUSSEGWENTEMENT MIĊĦUDA. SANDISK MHUX SER IKUN OBBLIGAT
TAĦT L-EBDA ĊIRKUSTANZA GĦAL KWALUNKWE ĦSARAT INDIRETTI,
INĊIDENTALI JEW KONSEGWENTI JEW TELF TA’ DATA.
www.sandisk.com, jew ċempel 1-866-
żu tal-prodotti
al kwalunkwe difett(i) rikonoxxuti