DRAFT 0.1 Gwida ta’ min ju a l-Biljett (Card) 4.0GB CompactFlash
Introduzzjoni
Din hi gwida ta’ min juża l-Biljett (Card) tas-SanDisk 4.0GB CompactFlash.
Tifhem il-Biljett ta’ SanDisk 4.0GB CompactFlash li “Jista’ Jiswiċċja”
X’inhu l-FAT?
FAT tfisser Tabella ta’ l-Allokazzjoni tal-Fajl (File Allocation Table). Tabella ta’ l-allokazzjoni tal-fajl tintuża minn
systema partikulari tal-fajl biex tgħaqqad partijiet li għandhom indirizz u li jagħmlu parti tal-medja tal-ħażna
(magħrufa bħala clusters) ma’ fajlijiet partikulari. Skond is-sistema ta’ l-operat tal-Windows, hemm tlett tipi popolari
ta’ FATs (FAT12, FAT16, u FAT32), id-differenza hi kemm jintużaw bits biex jiġu indirizzati l-clusters. Hemm
struttura ta’ data assoċjata ma’ kull tip ta’ FAT, liema struttura tissejjaħ Direttorju li tistorja l-ismijiet tal-fajlijiet ,
daqsijiet, tagħrif tal-modifikazzjonijiet, eċċ,
X’inhi d-differenza bejn il-formati ta’ FAT16 u FAT32 ?
Il-format ta’ FAT16 juża numru ta’ 16-bit u FAT32 juża numru ta’ 32-bit biex juri fejn huma storjati l-clusters ta’ fajl.
FAT32 kien introdott minn Microsoft biex jiċċirkumventa il-limitu tal-kapaċità tal-biljett ta’ 2.0GB u jippermetti
aċċess għall-medja ta’ ħażna sa numru ta’ Terabytes. Barra minn dan, l-istruttura tad-direttorju ta’ FAT32 iżżied innumru massimu ta’ fajlijiet li jistgħu jkunu storjati fuq il-medja minn dak ta’ FAT16.
Għala l-formati ta’ FAT16 u FAT32 jaffetwaw l-użu tiegħi tal-biljett ta’ 4.0GB CompactFlash?
Apparat li juża FAT16 jillimitaw il-kapaċità tal-biljett tiegħek tal-CompactFlash għal 2.0GB jew inqas. Aħna ħlaqna
l-abilità li tkun tista’ tiswiċċja il-biljett bejn it-tnejn, partizzjoni 2.0GB u anki partizzjoni waħda ta’ 4.0GB biex hekk
int tkun tista’ tuża biljett 4.0Gb f’apparat FAT 16. Apparat FAT 16 ma jistax juża biljetti CompactFlash li ġew
ifformattjati (formatted) bħala FAT32. FAT32 iħallik taħzen data b’mod aktar effettiv.
Is-Swiċċ tal-Biljett ta’ SanDisk 4.0GB CompactFlash
Fejn jinsab fuq il-biljett?
Is-swiċċ jinsab fuq il-parti t’isfel fuq ix-xellug tal-biljett jekk int qed tħares lejn it-tikketta ta’ wara.
SANDISK CORPORATION © 2004 H4194-into-10 languages 1
DRAFT 0.1 Gwida ta’ min ju a l-Biljett (Card) 4.0GB CompactFlash
Kif nibdel il-pożizzjonijiet tas-swiċċ?
Biex tibdel il-pożizzjonijiet tas-swiċċ, kulma trid tagħmel hu li tuża strument irqiq jew anki difrek biex tmexxi sswiċċ fil-pożizzjoni li tixtieq.
Swiċċ FAT16 FAT32
1 --- 4.0GB
2 2.0GB 2.0GB
3 2.0GB 2.0GB
Għal kameras u apparat li jista’ juża biss FAT16 int trid tuża t-tieni u t-tielet pożizzjoni. (Studja l-gwida tiegħek ta’ min juża l-apparat
jew ikkuntattja l-manifattur ta’ l-apparat jekk m’intix żgur jekk l-apparat tiegħek jistax juża FAT16 biss)
Pożizzjoni 1 tħallik tuża l-4.0GB kollu ta’ spazju imma hu fformattjat bħala FAT32. Apparat biss li juża FAT32 jista’ jkollu aċċess
għall-biljett f’din il-pożizzjoni
Pożizzjoni 2 tħallik tuża l-ewwel 2.0GB ta’ spazju
Pożizzjoni 3 tħallik tuża it-tieni 2.0GB ta’ spazju
TMF
X’JIĠRILHOM IL-FAJLIJIET TIEGĦI META NISWIĊĊJA GĦALL-POŻIZZJONI #1 (4.0GB) MINN POŻIZZJONI #2 JEW #3?
Meta tiswiċċja għall-pożizzjoni #1, id-data kollha fuq il-biljett għandu mnejn jintilef. Anki jekk id-data ma
jitħassarx, int ma tkunx tista’ tarah f’pożizzzjoni #1. Jekk jogħġbok storja d-data fuq PC qabel ma tiswiċċja
għall-pożizzjoni # 1.
X’jiġrilhom il-fajlijiet tiegħi meta niswiċċja bejn pożizzjonijiet #2 u #3?
Int għandek mnejn tiswiċċja bejn pożizzjonijiet #2 u #3 mingħajr ma titlef id-data. Int tista’ tuża ż-żewġ
partizzjonijiet separati ta’ 2.0GB biex tistorja tipi differenti ta’ data jew biex tkun tista’ tistorja 4.0GB ta’ data
permezz ta’ l-użu ta’ l-apparat FAT16.
Il-biljett tiegħi tal-CompactFlash m’għadux jaħdem iżjed fl-apparat tiegħi tal-FAT16 wara li
fformattjajtu fuq Windows XP. Għala?
Windows XP jifformattja biljetti 64MB u iżjed bħala FAT32 liema azzjoni hi ħaġa predefinita. Erġa’
fformattja l-biljett u kun żgur li tagħżel FAT16.
SANDISK CORPORATION © 2004 H4194-into-10 languages 2