
Reliant™
Button Switch Pencil,
Xafra Miksija, Holster
VL2615
VL2615DB
VL2615E
mt
Struzzjonijiet għall-Użu

mt
Reliant™
VL2615 Button Switch
Pencil, Xafra Miksija,
Holster
3 m (10 piedi)
VL2615DB Button Switch
Pencil, Xafra Miksija,
Holster
4.6 m (15-il pied)
VL2615E Button Switch
Pencil, Xafra Miksija,
Holster
4.6 m (15-il pied)
Għall-użu ma' vultaġġ peak massimu ta' 4600 V.
VL2615E hu għall-użu ma' ERBE™* ġeneratur.
Mhux magħmul b'latex ta' gomma
naturali.
Tużax jekk il-pakkett ikun miftuħ jew
ikun fih il-ħsara.
Isswiċċjar bl-idejn
Indikazzjonijiet għall-Użu
L-elettrodi miksijin huma intenzjonati bħala
alternattiva għal elettrodi stainless steel mhux
miksijin jew elettrodi miksijin “non-stick” għallużu f'aċċessorji elettrokirurġiċi monopolari
konvenzjonali. L-elettrodi miksijin huma
intenzjonati għall-użu f'sitwazzjonijiet fejn
normalment jintużaw qtugħ elettrokirurġiku
monopolari u koagulazzjoni.
Twissija
Dan il-prodott ma jistax jitnaddaf u jew
jiġi sterilizzat b'mod adegwat mill-utent
sabiex jiffaċilita l-użu mill-ġdid b'mod
sigur, u għalhekk hu intenzjonat biex
jintuża darba biss. Tentattivi li tnaddaf jew
tisterilizza dan it-tagħmir jistgħu jirriżultaw
f'bijoinkompatibilità, infezzjoni jew f'riskji
lill-pazjent minħabba ħsara fil-prodott.
Periklu ta' Nar Tpoġġix aċċessorji attivi qrib
jew f'kuntatt ma' materjali li jistgħu jieħdu
n-nar, bħal garża jew drappijiet kirurġiċi.
Aċċessorji elettrokirurġiċi li huma attivati jew
jaħarqu minħabba l-użu jistgħu jikkawżaw
nar. Uża holster biex iżżomm lapsijiet
elettrokirurġiku u aċċessorji simili b'mod
sigur 'il bogħod mill-pazjenti, staff,
u drappijiet kirurġiċi.
Twissija
Meta ma jkunux qed jintużaw, poġġi laċċessorji attivi f'holster jew f'żona nadifa,
xotta, li ma tikkonduċix, u li tkun viżibbli
ħafna u mhux f'kuntatt mal-pazjent.
Kuntatt involontarju mal-pazjent jista'
jirriżulta fi ħruq.
Ikkonferma li s-settings tal-ġeneratur
elettrokirurġiku ikunu kif suppost qabel ma
tipproċedi bl-operazzjoni. Linji gwida biex
tissettja l-enerġija jistgħu jvarjaw minħabba
differenzi fit-tekniki kirurġiċi, pazjenti,
elettrodi, u s-setup kirurġiku. Uża l-iktar
settings tal-enerġija baxxi possibbli li
jwettqu l-effett kirurġiku mixtieq. (Dan hu
importanti minħabba l-potenzjal ta' ħruq
aċċidentali f'vultaġġi għoljin.)
Attiva l-elettrodu biss meta tkun lest biex
tforni l-kurrent elettrokirurġiku u meta t-tarf
attiv ikun jidher (speċjalment meta tkun
tħares minn ġo endoskopju). Fehim sħiħa
tal-prinċipji tal-proċeduri elettrokirurġiċi
monopolari hu meħtieġ sabiex tevita
xokkijiet u ħruq lill-pazjent.
Periklu ta’ Nar/Splużjoni Is-sustanzi li ġejjin
jikkontribwixxu għal żieda fil-periklu li jseħħ
nar jew xi splużjoni fis-sala operatorja:
• Anestetiċi li jistgħu jieħdu n-nar
• Sustanzi li jistgħu jieħdu n-nar, bħal
prepping agents u tinturi tal-ġilda bbażati
fuq l-alkoħol
• Gassijiet li jiffurmaw b'mod naturali li
jistgħu jieħdu n-nar, li jistgħu jakkumulaw
f’partijiet tal-ġisem, bħall-imsaren
• Atmosferi arrikkiti bl-ossiġnu
• Sustanzi li jossidaw, bħal atmosferi ta'
nitrous oxide (N2O)
L-isparkjar u s-sħana assoċjati ma’
l-elettrokirurġija jistgħu jipprovdu sors biex
jaqbad in-nar. Osserva l-prekawzjonijiet ta’
kontra n-nar il-ħin kollu. Meta tkun qed
tuża l-elettrokirurġija fl-istess kamra ma'
kwalunkwe wieħed minn dawn is-sustanzi
jew gassijiet, evita l-akkumulazzjoni jew ilġbir tagħhom taħt id-drappijiet kirurġiċi, jew
fiż-żona fejn l-elettrokirurġija tkun qed
titwettaq.
Periklu ta’ Nar/Splużjoni Ivverifika li
l-konnessjonijiet kollha taċ-ċirkwit talossiġnu ma jkunux qed inixxu qabel u waqt
l-użu tal-elettrokirurġija. Ivverifika li t-tubi
endotrakeali ma jkunux qed inixxu, u li
l-qafla tkun issiġillata tajjeb biex tevita
tnixxigħat tal-ossiġnu. Atmosferi arrikkiti
bl-ossiġnu jistgħu jirriżultaw f’nar u fi ħruq
lill-pazjent jew lit-tim kirurġiku.
Poġġi l-wajers tal-elettrodi kirurġiċi b'tali
mod li tevita kuntatt mal-pazjent jew ma'
wajers oħrajn.
2

Twissija
Xi kirurgi jistgħu jagħżlu li jagħmlu “buzz the
hemostat” waqt proċeduri kirurġiċi. Dan
mhuwiex rakkomandat, u l-perikli ta' prattika
bħal din probabbilment ma jistgħux jiġu
eliminati. Ħruq fl-idejn tal-kirurgu huma
possibbli. Biex timminimizza r-riskju:
• M'għandekx tmil fuq il-pazjent, il-mejda,
jew ir-retractors waqt li tkun qed tagħmel
“buzz the hemostat”.
• Attiva cut minflok coag. Cut għandu
vultaġġ iktar baxx minn coag.
• Uża l-iktar setting tal-enerġija baxx
possibbli għall-inqas ħin li hemm bżonn
biex twettaq l-emostasi.
• Attiva l-ġeneratur wara li l-aċċessorju
jmiss mal-emostat. Tagħmilx arcing
mal-emostat.
• Aqbad b'mod sod kemm tista' millemostat qabel ma tattiva l-ġeneratur.
Dan iferrex il-kurrent fuq żona akbar
u jimminimizza l-konċentrazzjoni
tal-kurrent fuq il-ponot tas-swaba'.
• Agħmel “buzz the hemostat” taħt il-livell
tal-idejn (qrib kemm jista' jkun talpazjent) biex tnaqqas il-possibbiltà
li l-kurrent jgħaddi minn passaġġi
alternattiv minn ġol-idejn tal-kirurgu.
• Poġġi t-tarf tal-elettrodu mal-emostat
jew strument ieħor tal-metall.
mt
Prekawzjoni
Aċċerta ruħek li l-elettrodu ikun f'postu
b'mod siġur ġol-lapes. Elettrodu mhux
installat kif suppost jista' jirriżulta
f'korriment lill-pazjent jew lit-tim kirurġiku
permezz ta' arcing fil-konnessjoni
tal-elettrodu u tal-lapes.
Avviż
Dan l-elettrodu għandu kisja biex tnaqqas ittwaħħil tal-eschar. Li tnaddaf l-elettrodu bi
scratch pad jew xi oġġett abrażiv ieħor, li
tobrox b'oġġett li jaqta', jew tilwih b'aktar minn
90 grad, jista' jagħmel ħsara lill-elettrodu. Jekk
l-elettrodu ikun fih il-ħsara, armih.
Li tuża elettrodi miksijin f'settings ta'
enerġija qawwija, jista' jikkawża ħsara lill-kisi.
Jekk il-kisja tkun bil-ħsara, armi l-elettrodu.
Ġeneraturi u Lapsijiet
Elettrokirurġiċi
• Iċċekkja l-istruzzjonijiet tal-manifattur
għas-setup u l-użu kif suppost, u kif issolvi
l-problemi tal-ġeneratur elettrokirurġiku.
• Meta tibdel l-elettrodu, żgura li l-lapes
ma jkunx ikkonnettjat mal-ġeneratur,
jew li l-ġeneratur ikun mitfi jew fil-modalità
standby, jekk tkun disponibbli.
Lapes tal-Isswiċċjar bl-Idejn
Konnessjoni tal-lapes mal-ġeneratur
jew
ཱKonnessjoni tal-lapes mal-ġeneratur
Qabel l-Operazzjoni
1) Iftaħ il-pakkett billi tqaxxar l-għatu lura fi
kwalunkwe ġenb.
2) Neħħi t-tagħmir elettrokirurġiku li jintrema
wara li jintuża, u l-holster minn ġol-pakkett
billu tuża teknika asettika.
KFX
ིLapes
ཱིElettrodu miksi
ུProtettur tat-tarf
3) Neħħi t-tagħmir mill-holster. Waħħal
il-holster mad-drapp kirurġiku billi tiġbed
il-materjal tad-drapp minn ġos-slots.
3

mt
4) Jekk ikun hemm bżonn, ibdel l-orjentazzjoni
tal-elettrodu. Aqbad l-elettrodu millinsulating sleeve u iġbdu 'l barra minn
ġot-tagħmir. Dawwar l-elettrodu għallorjentazzjoni mixtieqa u daħħlu mill-ġdid
ġot-tagħmir.
Matul l-Operazzjoni Meta Ma Jkunx
Qed Jintuża
1
2
3
Drap sterili
ཱCord lock
ིHolster
Wara l-Operazzjoni
Armi l-lapes, l-elettrodu, u l-holster wara
l-użu. Dawn mhumiex maħsuba biex ikunu
jifilħu għal sterilizzazzjoni mill-ġdid.
Tisterilizzax mill-ġdid.
Avviż
It-tagħmir jaċċetta elettrodi ta'
2.36 mm (3/32”) li ma jissakkrux.
5) Neħħi l-protettur tat-tarf minn ġolelettrodu.
6) Iċċekkja l-konnessjoni tal-elettrodu biex
tara li tkun kif suppost u b'mod sigur.
7) Daħħal il-konnettur ġor-reċipjent
monopolari fuq il-ġeneratur.
4

Part No. PT00135071
COVIDIEN, COVIDIEN with logo, and Covidien
logo and Positive Results for Life are U.S. and
internationally registered trademarks of
Covidien AG. Other brands are trademarks of a
Covidien company, ™* brands are trademarks
of their respective owner.
Single use
Do not resterilize
Consult
instructions
for use
© 2013 Covidien.
Manufactured for Covidien llc,
15 Hampshire Street, Mansfield, MA 02048 USA.
Covidien Ireland Limited,
IDA Business & Technology Park, Tullamore.
Made in Taiwan. Printed in Taiwan.
www.covidien.com
REV 10/2020